Friday, December 13, 2024

Mara u tarbija jitilfu ħajjithom wara attakk f’Mariupol

Aqra wkoll

Mara tqila li kienet preżenti waqt l-attakk li seħħ fl-isptar ta’ Mariupol l-Erbgħa li għadda, sfat feruta. Hija ttieħdet fi sptar ieħor u welldet it-tarbija hemmhekk. Irriżulta li t-tarbija hija tifel u dan twieled mejjet. 

It-tobba malli rrealizzaw li t-tarbija twieldet mejta, pruvaw isalvaw lill-omm, però nofs siegħa wara rrealizzaw li ma kienx hemm tama għaliha. It-tobba stqarrew li ma laħqux talbu lil din biex tgħidilhom x’kien jisimha.

Minkejja li l-Ambaxxata Russa pruvat turi li l-attakk f’Mariupol kien wieħed “falz”, il-BBC sabu evidenza li tikkontradixxi dawn l-allegazzjonijiet.

Ekonomija

Sport