Sunday, December 22, 2024

Maratona tat-table tennis

Aqra wkoll

Bejn it-Tlieta 12 u l-erbgħa 13 ta’ Diċembru se ssir Maratona ta’ 24 siegħa logħġob kontinwu ta’ Table Tennis.

L-attivita’ qed tiġi organizzata minn Hitt Table Tennis Academy u se ssir fil-faċilitajiet li l-akkademja għandha f’Pembroke.

L-għan tal-maratona hu li jinġabru fondi b’risq  il-Blossom Project, inizjattiva tal-Malta Trust Foundation taħt l-awspiċi tal-President Emeritos Marie Louise Coleiro Preca. Dan il-proġett hu ntiż sabiex joffri servizzi ta’ counselling u oħrajn psikoterapija lil studenti fil-bżonn.

Il-maratona tibda t-Tlieta 12 ta’ Diċembru fil-5 ta’ filgħaxija u tintemm l-għada l-erbgħa 13 ta’ Diċembru dejjem fil-5 ta’ filgħaxija.

Dawk kollha li jżuru din il-maratona se jkollhom ċans li jipprattikaw il-logħba tat-Table Tennis billi jibbukjaw mejda għal donazzjoni ta’ 5 Euro fuq in-numru 79591799.

L-attivita’ hi miftuħa għal kulħadd.

Ekonomija

Sport