Monday, September 30, 2024

Żewġ minorenni akkużati li kienu fil-pussess tad-droga kannabis u kokaina f’istituzzjoni residenzjali

Aqra wkoll

Tfajla u ġuvni minorenni ġew akkużati li kienu waqt li kienu f’istituzzjoni residenzjali kellhom fil-pussess tagħhom id-droga kannabis u anke kokaina.

L-akkużati, tfajla ta’ 17-il sena u ġuvni ta’ 15-il ġew akkużati wkoll li serqu €180 fi flus kontanti wara li żgassaw locker fl-istituzzjoni fejn kienu jgħixu. Isem l-akkużati ma jistax jixxandar fuq ordni tal-Qorti.

Il-Presekuzzjoni quddiem il-Maġistrat Monica Vella qalet li l-akkużati ġew arrestati nhar il-Ħadd kmieni filgħodu hekk kif irċivew telefonata minn żewġ carers. Huma rrapportaw li dawn iż-żewġ minorenni rnexxielhom jaħarbu mill-istituzzjoni.

Il-minorenni wieġbu mhux ħatja għall-akkużi filwaqt li l-Qorti ċaħdet it-talba għal ħelsien mill-arrest minħabba fost l-oħrajn li mgħandhomx indirizz ieħor fejn jistgħu jgħixu. Il-Qorti ordnat li jibqgħu miżmuma arrestati fil-faċilità YOURS fl-Imtaħleb.

Għall-akkużati dehru l-avukati tal-għajnuna legali, Joe Brincat u Julia Micallef Stafrace. Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Andrew Agius Bonello u mill-Avukat Darleen Grima mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali.

Sport