Monday, October 28, 2024

Marc-Andre Ter Stegen b’uġigħ persistenti f’dahru

Aqra wkoll

It-tobba Katalani qed isostnu li l-uġigħ li għandu l-goalkeeper Ġermaniż Marc-Andre Ter Stegen hu iktar gravi milli suppost minħabba li qed ikun persistenti. Hu kellu jabbanduna lit-tim nazzjonali Ġermaniż ftit tal-jiem ilu minħabba l-istess uġigħ.

It-tobba qed isostnu li l-goalkeeper ta’ Barcellona se jkollu bżonn operazzjoni sabiex isolvi din il-problema li ilha tkarkar xi ftit.

Ter Stegen għandu 31 sena u ngħaqad ma’ Barcellona fis-sena 2014. Hu lagħab 394 darba magħhom.

Sport