Sunday, December 22, 2024

Marc Angel jinħatar minflok Eva Kaili bħala Viċi President tal-PE

Aqra wkoll

Il-Parlament Ewropew illum ħatar lil Marc Angel, politiku mil-Lussemburgu, minflok Eva Kaili li tneħħiet mill-kariga ta’ Viċi President b’rabta mal-iskandlu tat-tixħim QatarGate.

Huwa jagħmel parti mill-grupp tas-Soċjalisti Demokratiċi u issa se jkun qiegħed jingħaqad ma’ 13-il Viċi Presidenti oħra tal-Parlament Ewropew. Huwa se jkun qiegħed jifforma parti wkoll mill-Bureau tal-Parlament.

Marc ġie elett b’maġġoranza assoluta skont kif jitolbu r-regolamenti tal-parlament dwar il-ħatriet. Dan seħħ fit-tieni rawnd ta’ voti fejn irnexxielu jikseb 307 voti minn fost 590 vot validu. Dan l-ammont kien jaqbeż l-ammont ta’ voti li kellu bżonn biex jikseb il-maġġoranza fejn kellu jilħaq il-296 vot. 

Ekonomija

Sport