Wednesday, April 24, 2024

TM tiġbor 137 e-scooter minħabba ksur ta’ liġi

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Riċentament, l-Uffiċċju tal-Infurzar fi ħdan Transport Malta ġabar 137 e-scooter minħabba liċenzja skaduta, liċenzja mhux imwaħħla mal-vettura u nuqqas ta’ reġistrazzjoni tal-vettura mal-Awtorità, fost diversi raġunijiet oħra.

Dan wara li Transport Malta wettqet diversi operazzjonijiet ta’ infurzar f’diversi rħula, fosthom: f’San Ġiljan, f’Tas-Sliema, f’San Pawl il-Baħar u fil-Gżira. Hekk kif bdiet sena ġdida, Transport Malta ser tkun qed issaħħaħ l-infurzar fuq l-użu tal-e-scooters permezz ta’ avviż legali li ser jinħareġ matul il-jiem li ġejjin.

Intant, id-Direttur tal-Infurzar ta’ Transport Malta, Patrick Pollacco, qal li l-Awtorità ser tkun qiegħda tosserva iktar e-scooters fit-toroq Maltin u għamel appell lis-sewwieqa kollha sabiex ikunu responsabbli u josservaw ir-regolamenti tas-sewqan.

Min-naħa tagħha, Transport Malta ħeġġet lil dawk kollha li għandhom e-scooter sabiex josservaw ir-regolament tas-sewqan u jżommu ruħhom aġġornati mal-liġijiet. Dan bil-għan li jitnaqqas il-periklu, kemm għas-sewwieq kif ukoll għan-nies li jkunu fit-toroq.

Sport