Wednesday, April 24, 2024

Jiżdiedu l-kompetituri għall-kampjonat nazzjonali tal-karting

Oliver Attard
Oliver Attard
Ġurnalist Sportiv / Motorsports

Aqra wkoll

Is-Sibt, 14, u il-Ħadd 15 ta Jannar ġewwa it-trakka La Reve f’Ħal Far sar l-ewwel rawnd tal-kampjonat nazzjonali tal-karting. Mal-ftuħ tal-kampjonat wieħed seta’ jinduna li n-numru ta kompetituri kompla jikber fuq dan ta l-istaġun li għaddha. 

Is-Sibt 14 ta Jannar segwejna il-klassijiet ta sewwieqa ż-żgħar.

Fl-Entry Level rajna lil Cody Darmanin fl-ewwel post segwit minn Solberg Galea u Kimi Bugeja

Fil-Mini 60cc, Aryton Jon Tonna akkwista l-ewwel post sgwit minn Mason Barun u Dario Mifsud

Fir-Rotax Mini, Zane Pace spiċċa fl-ewwel post segwit minn Daniel Abela u Kimaya Mifsud

Il-Iame Mini X30 intrebhet minn Ben Piscopo segwit minn Morgan Tyler Zammit Azzopardi u Jamie Vassallo.

L-aħħar klassi tal-ġurnata, l-Iame X30 Junior, intrebħet minn Timothy Zarb, li kien segwit minn Kyle Micallef u Luca Tanti

Il-Ħadd 15 ta Jannar kien imiss il-klassijiet għas-sewwieqa l-kbar

Il-klassi Iame X30 Masters, intrebħet minn Keith Micallef, segwit minn Kenneth Vella u Sandro Bugeja

Klassi Rotax Max intrebhet minn Eman Muscat, segwit minn Salvatore Toscano u Clayton Mizzi

Iame X30 Senior, intrebħet minn Kyle Mercieca, segwit minn Nicky Gauci u Daniel Gauci

Vortex RokGP Senior, intrebħet minn Micah Scicluna, li kien segwit minn Claude Brincat, u Ryan Borg

Il-klassi Vortex RokGP Masters, intrebħet minn Neville Zammit, li kien segwit minn Glenn Vassallo u Norbert Valletta

Il-Kampjonat qiegħed jiġi organizzat b’kooperazzjoni bejn Karting Club Malta, u Island Karting Club u mmexxi mill-Federazzjoni Maltija tal-Motorsport. It-tieni rawnd ser isir fil-25 u 26 ta Frar fl-istess trakka La Reve f’Ħal Far. L-avveniment jkun miftuħ għall-pubbliku, mingħajr ħlas, tajjeb għal-familja kollha, u li żgur jingħoġob mit-tfal ta’ kull età.

Sport