Wednesday, October 30, 2024

Marċ tradizzjonali ta’ nofsinhar għall-festa tal-Madonna tal-Ġilju

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Fl-okkażjoni tal-Festa tal-Madonna tal-Ġilju 2023 fl-Imqabba, il-Banda Madonna tal-Ġilju ser tagħmel il-Marċ Tradizzjonali magħruf bħala l-‘Marċ ta’ Nofsinhar’, f’jum il-Festa tal-Madonna tal-Ġilju, nhar il-Ħadd 18 ta’ Ġunju.

Dan il-Marċ jibda’ fis-1:00 pm quddiem il-bini tal-Każin tas-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju, li jinsab fil-Pjazza ewlenija tal-Imqabba u jsegwi din ir-rotta: Triq il-Parroċċa, Fjuri, Parroċċa, Valletta, Lanġasa, San Bażilju għall-pjazza ta’ quddiem il-Każin tas-Soċjetà. Il-marċ jilħaq il-qofol tiegħu bil-briju tal-Partitarji hekk kif minn quddiem il-Każin jissokta għal Triq id-Duluri u jdur lura għal quddiem il-Muniċipju tal-Kunsill Lokali, għal Triq il-Parroċċa (magħrufa bħala t-Triq tan-Nofs) u l-Pjazza tal-Knisja b’konklużjoni quddiem il-Każin.

Aktar informazzjoni fuq www.talgilju.com.

Sport