Marcelo Brozovic estenda uffiċjalment il-kuntratt tiegħu ma’ Inter sa Ġunju 2026, u huwa rrappurtat li se jkun qed jaqla’ €6.5m kull staġun flimkien ma’ bonuses.
Il-player ta’ 29 sena kien fadallu biss l-aħħar xhur fil-kuntratt tiegħu, li kellu jiskadi fit-30 ta’ Ġunju.
Għalkemm seta’ jinnegozja ma’ clubs oħra, b’interess kostanti fih ġej minn Liverpool, Tottenham Hotspur, Barcelona u Real Madrid, l-internazzjonali Kroat dejjem qal li l-preferenza tiegħu kienet li jibqa’ man-Nerazzurri.
‘Epic Brozo’ kif unju iktar magħruf Brozovic iffirma kuntratt li jiswa €6.5m kull staġun flimkien ma’ €1m f’bonuses relatati mal-prestazzjoni.
Brozovic huwa meqjus bħala wieħed mill-aqwa players fis-Serie A fl-Italja u mhux biss fil-preżent.