Wednesday, May 15, 2024

Manchester United jiżnu offerta għal Tammy Abraham

Aqra wkoll

Manchester United qed jiżnu offerta tas-sajf għall-attakkant ta’ Roma, Tammy Abraham.

L-internazzjonali Ingliż ingħaqad ma’ Roma mingħand Chelsea f’Awwissu li għadda u gawda minn staġun eċċellenti għall-club Taljan tiegħu, fejn skorja 23 goal u rreġistra erba’ assists f’40 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha.

Intant Abraham skorja 15-il goal f’29 ħarġa tas-Serie A f’dan l-istaġun, inkluż doppjetta kontra Lazio fl-aħħar konfront li fih Roma ħarġu rebbieħa bl-iskor konvinċenti ta’ 3-0.

Huwa mifhum li Manchester United ilhom isegwu l-wirjiet tal-attakkant dan l-istaġun u jistgħu jagħmlu offerta għalih matul it-tieqa tat-trasferimenti ta’ dan is-sajf.

Chelsea għandhom klawsola ta’ xiri lura ta’ €80m, għalkemm il-Blues ma jistgħux jattivawha sas-sajf li ġej, li jista’ jippermetti lir-Red Devils jagħmlu offerta għall-attakkant fis-suq tat-trasferimenti li ġej. Abraham, li għandu kuntratt f’Ruma sa Ġunju 2026, skorja 30 goal u rreġistra 12-il assist fi 82 dehra ma’ Chelsea.

Sport