Fil-jiem li għaddew saret laqgħa bejn id-direttur sportiv ta’ Inter Piero Ausilio u dak ta’ Barcellona Mateu Alemany bis-suġġett ikun il-plejer ta’ nofs il-grawnd Kroat, Marcelo Brozovic.
Dan tal-aħħar qed jiġi segwit sew mill-Blaugrana u għalhekk se jagħmlu minn kollox sabiex jakkwistawh hekk kif iridu sostitut għal Sergio Busquets li se jitlaq minn Camp Nou fl-aħħar ta’ dan l-istaġun.
Brozovic għandu kuntratt ma’ Inter sas-sena 2026 u għalissa ma ssemmiet ebda somma għal dan l-akkwist eventwali.