Tuesday, April 23, 2024

Marco Asensio fir-radar ta’ Liverpool

Aqra wkoll

Il-midfielder ta’ Real Madrid, Marco Asensio qed jitqies bħala mira potenzjali ta’ trasferiment għal Liverpool.

Minkejja li Liverpool biegħu numru ta’ players matul it-tieqa tat-trasferimenti tas-sajf, il-manager Jurgen Klopp għażel li jżid biss lid-difensur ta’ RB Leipzig Ibrahima Konate mal-iskwadra tal-ewwel team tiegħu.

Madankollu, il-ġganti ta’ Merseyside jistgħu jfittxu li jieħdu vantaġġ minn kwalunkwe opportunita’ f’nofs l-istaġun.

Liverpool huma interessati li jiffirmaw lil Asensio, li kien ristrett għal dehriet mill-bank tas-sostituti fl-ewwel tliet logħbiet ta’ Real Madrid fil-La Liga taħt Carlo Ancelotti.

Liverpool huma lesti li jagħmlu offerta ta’ €35m fi żmien meta Asensio se jkun fadallu biss 18-il xahar fil-kuntratt tiegħu.

Uffiċjali tal-Los Blancos jistgħu jitħajru jaċċettaw offerta ta’ dan il-valur qabel ma javvanzaw bi pjani biex jiffirmaw lill-attakkant ta’ Paris Saint-Germain, Kylian Mbappe.

Sport