Il-midfielder internazzjonali Spanjol, Marco Asensio, mhux se jġedded il-kuntratt tiegħu ma’ Real Madrid.
Dan ifisser li huwa se jtemm l-avventura tiegħu mal-Madrileni wara seba’ snin.
Dan l-aħħar, kollox kien qed jindika li l-player ta’ 27 sena kien se jibqa’ ma’ ‘Los Blancos’. L-aġent tiegħu Jorge Mendes u l-club kienu ilhom f’taħditiet għal diversi xhur iżda f’dawn l-aħħar ġimgħat iż-żewġ partita iddistanzjaw minn xulxin.
Għall-bidu, Real għamlulu proposta inizjali waqt it-Tazza tad-Dinja fil-Qatar, li reċentement ġiet imtejba. Il-club għaraf il-wirjiet tajba tiegħu iżda f’dawn l-aħħar ġimgħat huma ma kien għażla awtomatika tal-coach Carlo Ancelotti.
Fid-dehriet tiegħu, Asensio skorja 12-ial goal u rreġistra 8 assists.
Huwa sostna li ħa din id-deċiżjoni minħabba li tħalla barra mill-formazzjoni inizjali għal bosta partiti importanti u għaldaqstant ma jħossx li għandu jibqa’ jilgħab fil-belt kapitali Spanjoli.
Bosta huma dawk il-clubs Ingliżi li jinsabu interessati fil-firma tiegħu.