Thursday, April 25, 2024

Alkmaar jissospendu 43 partitarju wara l-attakk kontra West Ham

Aqra wkoll

AZ Alkmaar ħarġu 43 projbizzjoni tal-ground wara li l-partitarji ta’ West Ham United ġew attakkati waqt it-telfa tagħhom fis-semi-finali tal-Europa Conference League.

Diversi players tal-Hammers ikkonfrontaw lill-grupp ta’ partitarji li mmiraw iż-żona li kien fiha l-familja u l-ħbieb tagħhom, li ma weġġgħux.

It-team tal-Premier League rebaħ it-tieni leg fl-Olanda 1-0 biex kiseb rebħa bl-aggregate ta’ 3-1.

Fi stqarrija, il-club Olandiż qal li fil-futur jistgħu jsegwu aktar sospensjonijiet.

Il-korp governattiv tal-football Ewropew, il-UEFA, se jirrevedi r-rapporti tal-inċidenti qabel ma jiddeċiedi dwar kwalunkwe azzjoni.

Il-club qal: “AZ issa ħareġ 43 projbizzjoni mill-istadium b’reazzjoni għall-kaos tal-ġimgħa li għaddiet. Dan jikkonċerna lill-viżitaturi li kienu nvoluti fl-imġieba ħażina madwar is-semi-finali Ewropea f’Alkmaar.

“Mhu bl-ebda mod eskluż li se jkunu imposti saħansitra aktar projbizzjonijiet mill-ground lokali. Apparti din id-deċiżjoni mill-club, l-investigazzjoni kriminali mill-awtoritajiet għadha għaddejja.”

Miżuri għall-partita tal-Ħadd fl-Eredivisie bejn AZ u PSV Eindhoven qed jiġu diskussi bejn l-awtoritajiet rilevanti.

West Ham se jiltaqgħu mat-team Taljan, Fiorentina, fil-finali tal-Europa Conference League – l-ewwel finali Ewropea ewlenija tagħhom mill-1976 – fi Praga fis-7 ta’ Ġunju.

Sport