Friday, April 26, 2024

Il-UEFA u Ceferin “irritati” minn Juventus

Aqra wkoll

Ġurnal sportiv ta’ kuljum Taljan qal li Aleksander Ceferin jinsab “irritat” bl-aħbar tad-diriġenti ta’ Juventus, li għadhom ma jaħsbux li jitilqu s-Super League, jirriskjaw skwalifika fit-tul mill-kompetizzjonijiet Ewropej.

Il-Bianconeri jinsabu taħt pressjoni f’darhom u fuq fl-Ewropa, wara li dan l-aħħar irċevew tnaqqis ta’ 10 punti għal irregolaritajiet finanzjarji. Għaddej proċess ġdid tal-FIGC li jista’ jwassal għal sanzjoni oħra, iżda l-UEFA qed tanalizza wkoll il-każ.

Skond l-istess ġurnal, il-korp li jmexxi l-football Ewropew jista’ jagħlaq l-investigazzjoni tiegħu f’Ġunju u l-penali potenzjali għal Juventus tista’ tkun aktar baxxa jekk it-tmexxija l-ġdida tabbanduna s-Super League.

Madankollu, id-diretturi l-ġodda tal-club għadhom ma ddiskutewx il-kwistjoni mal-UEFA, b’sorpriża u rritazzjoni tal-president Ceferin.

Juventus, għadhom formalment involuti fis-Super League flimkien mal-ġganti ta’ La Liga, Barcelona u Real Madrid.

Madankollu, il-president tal-Katalani, Joan Laporta, fetaħ djalogu mal-UEFA wara l-iskandlu Negreira, filwaqt li Juventus għadhom ma kkuntattjawx lil Ceferin.

Skond ir-rapport, Juventus jistgħu jirċievu projbizzjoni estiża Ewropea jekk ma jitilqux formalment mis-Super League. Il-ġganti tas-Serie A diġà jinsabu fl-inkwiet hekk kif laħqu ftehim mal-UEFA talli kisru r-regoli tal-Financial Fair Play, ħallsu multa ta’ €3.5 miljuni minflok €19-il miljun.

Madankollu, il-ftehim kien ibbażat fuq id-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-club li ġew investigati mill-uffiċċju tal-prosekutur ta’ Turin, l-FIGC u l-UEFA, u għalhekk jekk iċ-ċifri “reali” tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji tagħhom ikunu mibdula, Juventus jistgħu jinstabu ħatja ta’ ksur tar-regoli tal-Fair Play, il-korrettezza sportiva u r-regolamenti tal-FFP u l-uniku mod biex tittaffa s-sanzjoni u jkun hemm projbizzjoni iqsar Ewropea tkun li jitkellmu mal-UEFA u jitilqu mis-Super League.

Sport