Wednesday, April 24, 2024

Origi u El Shaarawy segwiti minn Besiktas

Aqra wkoll

-klabb Tork ta’ Besiktas jinsab dejjem aktar attiv fis-suq tat-trasferimenti u qed ifittex aktar plejers biex isaħħaħ it-tim għall-istaġun li ġej. Fost l-objettivi li qed jara l-klabb mid-distrett ta’ Istanbul hemm żewġ plejers li huma Stephan El Shaarawy ta’ Roma u Divock Origi ta’ Milan.

El Shaarawy qed jissemma’ li jista’ jmur ma’ Milan ukoll filwaqt li Origi hu ferm viċin li jħalli lil Milan.

Attwalment, Besiktas jinsabu fit-tielet post tal-klassifika tal-kampjonat Tork.

Sport