Thursday, March 28, 2024

Marco Asensio jrid iħalli lil Real Madrid

Aqra wkoll

Il-midfielder internazzjonali Spanjol, Marco Asensio, mhux se jġedded il-kuntratt tiegħu ma’ Real Madrid. 

Dan ifisser li huwa se jtemm l-avventura tiegħu mal-Madrileni wara seba’ snin. 

Dan l-aħħar, kollox kien qed  jindika li l-player ta’ 27 sena kien se jibqa’ ma’ ‘Los Blancos’. L-aġent tiegħu Jorge Mendes u l-club kienu ilhom f’taħditiet għal diversi xhur iżda f’dawn l-aħħar ġimgħat iż-żewġ partita iddistanzjaw minn xulxin. 

Għall-bidu, Real għamlulu proposta inizjali waqt it-Tazza tad-Dinja fil-Qatar, li reċentement ġiet imtejba. Il-club għaraf il-wirjiet tajba tiegħu iżda f’dawn l-aħħar ġimgħat huma ma kien għażla awtomatika tal-coach Carlo Ancelotti.

Fid-dehriet tiegħu, Asensio skorja 12-ial goal u rreġistra 8 assists. 

Huwa sostna li ħa din id-deċiżjoni minħabba li tħalla barra mill-formazzjoni inizjali għal bosta partiti importanti u għaldaqstant ma jħossx li għandu jibqa’ jilgħab fil-belt kapitali Spanjoli. 

Bosta huma dawk il-clubs Ingliżi li jinsabu interessati fil-firma tiegħu. 

Ekonomija

Sport