Saturday, September 14, 2024

Marco Verratti ma’ Al Arabi

Aqra wkoll

Al Arabi ħabbru b’mod uffiċjali li akkwistaw il-firma tal-plejer ta’ nofs il-grawnd ta’ Paris St Germain Marco Verratti. Dan tal-aħħar ftit kien jinsab għal qalbu fil-belt kapitali Franċiża wara aktar minn 11-il sena ta’ servizz ma’ PSG fejn lagħab 276 partita u skorja seba’ gowls.

Verratti ġie jiswa s-somma ta’ €45 miljun b’Al Arabi li ħallsu minnufih din is-somma.

Il-plejer ta’ 30 sena se jkun qed jaqla’ s-somma ta’ €35 miljun u se jiffirma kuntratt sas-sena 2026.

Ekonomija

Sport