Il-players tal-Irlanda vvutaw favur li jilagħbu l-partita tagħhom tal-UEFA Nations League kontra Iżrael nhar il-Ħadd, wara li t-taħriġ tat-team u l-konferenza stampa ta’ qabel il-partita ġew posposti minħabba laqgħa urġenti tal-iskwadra.
Is-Sibt sar magħruf li t-tieni goalkeeper Gavin Bazunu, ta’ Bolton Wanderers, kellu l-ħsieb li ma jkunx disponibbli għal din il-partita. Huwa qal lil sħabu l-players u lill-FA Irlandiża li ma kienx jaħseb li kien xieraq li jilgħab. Kien maħsub ukoll li numru ta’ players oħra kienu qed jikkunsidraw jieħdu azzjoni simili.
Madankollu, wara diskussjoni bejn il-players u l-coach tat-team nazzjonali Irlandiż, Heimir Hallgrimsson, li matulha vvutaw dwar jekk kellhomx jilagħbu l-partita, f’konferenza stampa li saret aktar tard mis-soltu tħabbar li “maġġoranza sinifikanti” kienet favur li l-partita tintlagħab.
Il-partita se tintlagħab f’post newtrali f’Debrecen, fil-Lvant tal-Ungerija.




