Marcus Rashford jinsab dubjuż għal-logħba ta’ Manchester United kontra Liverpool nhar il-Ħadd.
L-internazzjonali Ingliż għadu kif irritorna għall-azzjoni wara operazzjoni fl-ispalla fis-sajf, u għamel l-ewwel dehra tiegħu tal-istaġun kontra Leicester City fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet.
Rashford ħareġ minn fuq il-bank biex skorja fit-telfa ta’ 4-2 kontra l-Foxes, qabel ma l-Erbgħa beda kontra Atalanta fiċ-Champions League u reġa’ sab ix-xibka.
Madankollu, imbagħad ġie sfurzat joħroġ mill-ground kontra t-team Taljan b’injury f’siequ, li tista’ jeskludih mill-konfront mar-Reds fi tmiem il-ġimgħa.
Meta mistoqsi jekk Rashford huwiex lest għal-logħba, Ole Gunnar Solskjaer wieġeb: “Ma nafx. Nittama li jkun hekk.”
Man United jinsabu fis-sitt post tal-klassifika tal-Premier League, erba’ punti taħt Liverpool li jinsabu t-tieni.