Friday, May 3, 2024

Iressaq il-bżonn li l-UE tagħraf tiddistingwi bejn Sport Elite u Lifestyle Sportiv

Aqra wkoll

Id-Deputat Laburista Jean Claude Micallef ipparteċipa fil-konferenza ġewwa Strażburgu li titratta l-futur tal-Ewropa fejn fost is-suġġetti trattati kien hemm l-isport, il-kultura u l-edukazzjoni.

Waqt l-intervent tiegħu, Micallef aċċenna għal diversi punti fosthom li jekk irridu futur Ewropew b’saħħtu, irridu verament ninkludu ż-żgħażagħ fit-tfassil.

Ħeġġeġ biex l-Unjoni Ewropea tibda tindirizza l-kultura weħidha, u l-isports waħdu. Dan ifisser konferenza li tpoġġi l-isport u l-kultura fi clusters għalihom u mhux imħallta taħt umbrella waħda.

Dwar is-suġġett tal-isports, Micallef qal li jixtieq jara li jkun hemm distinzjoni bejn Sport Elite u Lifestyle Sportiv. F’dak li għandu x’jaqsam mal-iSport Elite qal li kif nafu jidħol il-fatt li n-nies jikkompetu kontra xulxin u naraw min se jieħu d-deheb l-ewwel filwaqt li fejn jidħol Lifestyle Sportiv, qal li jħares ‘il quddiem għal kollaborazzjonijiet u programmi kkoordinati li fost l-oħrajn jiġġieldu l-obeżità u r-razziżmu. 

Sport