Thursday, April 18, 2024

Il-Ministru Julia Farrugia Portelli se terġa’ tikkontesta fil-5 u s-7 Distrett Elettorali mal-PL

Aqra wkoll

Fl-elezzjoni ġenerali li jmiss, il-Ministru tal-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja Julia Farrugia Portelli se tkun qed terġa’ tikkontesta fuq il-5 u s-7 Distrett Elettorali mal-Partit Laburista.

Permezz ta’ messaġġ fuq il-midja soċjali, Farrugia Portellli qalet li kien u għadu privileġġ li tkun ta’ servizz fil-Parlament u fil-Kabinett bħala Ministru. Qalet li din kienet esperjenza li biha tgħallmet il-kobor tal-kliem: li sservi b’lealtà lejn il-ġurament li ħadet erba’ snin ilu.

Żiedet tgħid li ħadmu flimkien u ferħu bis-suċċessi ta’ dan il-pajjiż u fl-istess waqt dejjem kienu magħqudin u qrib tan-nies.

Farrugia Portelli wegħdet l-impenn tagħha biex bħala team Malta, id f’id mal-Prim Ministru Robert Abela, ikomplu jaħdmu favur il-familji Maltin u Għawdxin.

Il-ħames distrett jinkludi: Qrendi, Żurrieq, Birżebbuġa, Imqabba, Kirkop, Ħal Safi u Ħal Farruġ. Is-seba’ distrett jinkludi: Rabat, Ħaż-Żebbuġ, Ħad-Dingli, Imtarfa, Mġarr u Baħrija.

Ekonomija

Sport