Tuesday, July 21, 2026
Home Sport Marcus Rashford “kompletament ħieles” minn injury wara proċess twil ta’ rijabilitazzjoni

Marcus Rashford “kompletament ħieles” minn injury wara proċess twil ta’ rijabilitazzjoni

0
716
Soccer Football - Europa League Final - Villarreal v Manchester United - Polsat Plus Arena Gdansk, Gdansk, Poland - May 26, 2021 Villarreal's Carlos Bacca in action with Manchester United's Marcus Rashford Pool via REUTERS/Adam Warzawa

L-attakkant ta’ Manchester United, Marcus Rashford afferma li huwa “kompletament ħieles” minn injury wara proċess twil ta’ rijabilitazzjoni.

Wara li saritlu operazzjoni fl-ispalla aktar kmieni fis-sajf, Rashford għadu qed jistenna l-ewwel dehra tiegħu tal-istaġun 2021-22 wara li rriżulta ħames darbiet għall-Ingilterra fl-Euro 2020.

Madankollu, Rashford riċentement skorja darbtejn f’logħba ta’ ħbiberija kontra Blackburn Rovers il-ġimgħa li għaddiet, u ż-żagħżugħ ta’ 23 sena jemmen li issa jinsab “f’kundizzjoni ħafna aħjar”.

Rashford qal li: “Ma nistax ngħid li l-irkupru tiegħi wasal fi tmiemu għax ovvjament għandi nibqa’ nieħu ħsieb – imma ninsab f’post ferm aħjar fiżikament u mentalment.”

Rashford skorja 88 goal u pprovda 56 assist minn 271 logħba bil-flokk ta’ Manchester United u mistenni jkun utilizzat fil-konfront ta’ nhar is-Sibt kontra Leicester City.