Sunday, December 22, 2024

Marda terminali waqt l-istudji ma twaqqfux milli jiggradwa f’ċerimonja speċjali

Aqra wkoll

Kienet ċerimonja tal-gradwazzjoni speċjali għal Miguel Borg li x-xahar li għadda rnexxielu jiggradwa fl-Inġinerija.  

Waqt lli kien qiegħed jattendi għal dan il-kors tant li kien deskritt fost l-aktar studenti dedikati, perseveranti u reżiljenti.

Waqt ċerimonja qasira, pero pjuttost kommoventi, ir-Rettur tal-Università, fost akkademiċi oħra marru personalment id-dar taż-żagħżugħ.

L-inġiniera Paul Refalo u l-Inġinier Emmanuel Francalanza, li ħadmu mill-qrib ma’ Borg qalu li hu għallimhom dak li huma ma setgħu jgħallmuh qatt. 

Minkejja s-sitwazzjoni li sab ruħu fiha, Borg kien determinat li jaħdem fuq proġett ta’ inġinerija sostenibbli għat-teżi tal-aħħar sena tiegħu fil-kors. L-ambizzjoni tiegħu kienet iċ-ċavetta li wasslet għal din il-gradwazzjoni li seħħet fl-aħħar ġimgħat.

Ekonomija

Sport