Sunday, November 24, 2024

Mario Farrugia huwa r-raġel li nstab maqtul f’karozza f’Ħal Qormi… jikkonfermaw dan testijiet tad-DNA

Aqra wkoll

Aktar kmieni ħarġu r-riżultati tal-analiżi tad-DNA li saru fuq ir-raġel li nstab mejjet f’bagoll ta’ karozza f’Ħal Qormi li kkonfermaw li l-vittma huwa Mario Farrugia ta’ 62 sena residenti Pembroke. 

Farrugia kien irrapportat nieqes u l-aħħar li deher kien fit-28 ta’ Marzu 2022, fl-akwati tar-residenza tiegħu u ken qiegħed jagħmel użu minn vettura Peugeot 407 ta’ lewn griż. Din hi l-istess vettura li fiha Mario Farrugia nstab maqtul. 

L-analiżi forensiċi permezz tat-testijiet tad-DNA kienu meħtieġa minħabba li l-katavru nstab fi stat avvanzat ta’ dekompożizzjoni u ma setax jiġi identifikat mill-ewwel. Il-Pulizja qalet li r-raġel kien inqatel b’diversi daqqiet ta’ sikkina fil-parti ta’ quddiem ta’ sidru. 

L-investigazzjonijet dwar dan l-omiċidju, kif ukoll l-inkjesta maġisterjali għadhom għaddejjin.

Sport