Il-kowċ tat-table tennis Mario Genovese ġie inkluż bħala parti mit-tim ta’ coaches fi ħdan il–CTTF (Commonwealth Table Tennis Coaching Team).
Dan hu appuntament prestiġġjuż għal Genovese li għandu 20 sena esperjenza f’dan il-qasam fejn assista u mexxa diversi plejers li llum il-ġurnata għamlu isem mhux biss għalihom infushom iżda wkoll għal Malta. Fil-fatt hu kellu diversi esperjenzi internazzjonali b’kampijiet ta’ taħriġ mhux biss fl-Ewropa iżda wkoll fl-Ażja.
Genovese bħala kowċ hu rinomat li joħroġ il-potenzjal kollu tal-plejers tiegħu filwaqt li hu motivatur kbir għalihom.
Il-Commonwealth Table Tennis Federation hi organizzazzjoni responsabbli għall-promozzjoni u t-tkabbir tal-logħba tat-table tennis madwar il-pajjiżi membri tagħha.