Friday, December 27, 2024

Mark Camilleri jerġa’ ma jitfaċċax il-Qorti

Aqra wkoll

Il-Qorti mmultat lill-eks Chairman tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, Mark Camilleri, €500, wara li għal darba oħra ma tfaċċax għal kawża li għandu dwar theddid online fil-konfront tal-membru parlamentari Laburista, Rosianne Cutajar.

Camilleri ġie nnotifikat mill-Qorti għal diversi drabi, fosthom meta kellu attività fil-pubbliku, u anki ntbagħtet notifika d-dar tiegħu.

Il-Maġistrat Simone Grech sabitu ħati b’disprezz wara li Camilleri naqas milli jattendi għal kull seduta b’rabta ma’ dan il-każ.

Ekonomija

Sport