Wednesday, July 24, 2024

Mark Herrera, Josann Attard Pulis b’forma tajba f’Hudson 10k Race Series – Maqluba Edition

Aqra wkoll

It-tieni tiġrija tal-Hudson Race Series saret fil-Maqluba il-Ħadd filgħodu. Avveniment ta’ sfida iżda li minkejja in-natura tal-korsa li hi ikkaratterizzata minn għoljiet weqfin, din it-tellieqa hija mfittxa ħafna mal-atleti Maltin.

L-atleti li qed jipparteċipaw fl-Hudson Race Series għandhom l-għażla li jikkempetu jew f’korsa ta’ 5km jew 10km. Din il-flessibbiltà tilqa’ għal firxa diversa ta’ parteċipanti, fosthom numru ta’ wħud mill-aktar atleti b’saħħithom ta’ Malta, kif ukoll numru ta’ atleti ġodda.

Tellieqa 10km.

Mark Herrera kien f’forma tajba l-Ħadd filgħodu. Herrera ħa postu fuq quddiem biex żamm pass tajjeb biex spiċċa fl-ewwel post f’ħin ta;34:51, filwaqt li żamm distakk tajjeb fuq Leon Chetcuti li spiċċa fit-tieni post f’37:43. Ingħaqad magħhom fuq il-podju kien Reuben Balzan li temm it-tellieqa fi 38:11.

Intant Josann Attard Pulis, ipproduċiet wkoll riżultat tajjeb fejn hi wkoll kienet fuq quddiem fil-kategorija tan-nisa. Hi spiċċat f’41:31. Rebecca Galea kisbet it-tieni post b’ ħin ta’ 45:49, filwaqt li Jessica Vella spiċċat fi-tielet post b’ħin ta’ 48:51.

Tellieqa 5km

Shaun Galea ta’ wirja oħra impressjonanti fuq din id-distanza, meta għamel ħin ta’ 16:03. Warajħ daħal Darran Agius f’17:11, ftit sekondi biss qabel Charles Micallef (17:23).

Rosalie Borg Cauchi, tat wirja determinata biex spiċċat l-ewwel mara, f’ħin ta’ 18:57. Hi kienet segwita minn Charyl Fava li spiċċat f’20:09. Fit-tielet post spiċċat Gaby Mangion b’ħin ta’ 21:45.

It-trofej ġew ippreżentati lir-rebbieħa Overall u Age Group mid-Direttur tat-Tellieqa Charlie Demanuele.

L-organizzaturi esprimew il-gratitudni tagħhom lil Hudson għall-appoġġ tagħhom lejn is-sensiela, lil Transport Malta, il-Kunsilli Lokali tal-Qrendi u Żurrieq, it-tim Mediku u Uffiċjali tat-Tellieqa.

It-tielet tiġrija tal-Hudson Race Series se ssir f’Ħad-Dingli, nhar il-Ħadd 16 ta’ Ġunju.

Riżultati Hudson Race Series – Maqluba Edition

 10km Race5km Race
Overall
 MaleFemaleMaleFemale
1stMark HerreraJosann Attard PulisShaun GaleaRosalie Borg Cauchi
2ndLeon ChetcutiRebecca GaleaDarran AgiusCharyl Fava
3rdReuben BalzanJessica VellaCharles MicallefGaby Mangion
     
Age Groups
     
30-34Lynden EllulKylie GauciConway CachiaNorah Zammit
35-39Thomas CremonaNatalya OvchinnikovaRyan FarrugiaLorna Mifsud
40-44George AbelaFleur Grima AzzopardiHeathcliff VellaTyrene Busuttil
45-49Nick RefaloJoann MifsudAlixander SchembriPat Brincat
50-54Alan CamilleriAlison TaboneAdrian MifsudJosianne Cilia Mumford
55-59Matthew Montebello Savo RisticDiane Gatt
60+Glorianne BorgAnna Guiga
60-69John SalibaGeorge Schembri
65-69Francis FalzonWally Ghiller
70+Nicholas Vassallo
Ekonomija

Sport