Mark Mallia hu gradwat mill-Università ta’ Malta fil-Liġi u fil-Business Management u ġej minn karriera wiesgħa fil-Forzi Armati ta’ Malta fejn okkupa diversi pożizzjonijiet prominenti ta’ responsabbiltà.
Huwa kompla l-karriera tiegħu fl-amministrazzjoni pubblika bi tmexxija ta’ awtoritajiet pubbliċi.
F’ittra li qed tiġi ippubblikata, il-Prim Ministru Robert Abela rringrazzja lil Glenn Micallef tal-ħidma bla heda tiegħu, li wasslet għal riżultati pożittivi għal pajjiżna.
Dr Abela qal li jħares ’il quddiem lejn aktar ħidma minn Glenn Micallef għall-ġid ta’ Malta.