Friday, July 19, 2024

Jitressqu l-Qorti mixlija li kienu involuti fi ġlieda mal-ġirien fl-Armier

Aqra wkoll

Koppja minn Ħal Qormi tressqu l-Qorti mixli li kkaġunat ġrieħi gravi lil raġel waqt ġlieda bejn ġirien fl-Armier f’Jum il-Milied tal-2020.

Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Godwin Scerri spjegat li l-akkużati, Carmen Spiteri ta’ 53 sena u Godwin Spiteri ta’ 51 sena ħebbew għal raġel li għandu l-kamra tal-villeġjatura faċċata tal-akkużati.

Ġie spjegat li nqala argument bejn iż-żewġ akkużati u l-vittma, hekk kif il-vittma qiegħed qiegħed iweħħel xi madum fil-kamra u l-akkużati akkużaw lill-vittma li minħabba x-xogħol li kien qiegħed jagħmel, kien qed iħammeġ

Fil-Qorti, xehdu l-vittma u s-sieħba tiegħu, li spjegaw li Spiteri ta daqqa ta’ ponn lill-akkużat, filwaqt li martu tatu daqqa ta’ ħadida. Fi stqarrija li kienu taw lill-Pulizija, l-akkużati kienu spjegaw li l-vittma mar għall-akkużat b’kazzola u beda jxejjirha ma’ wiċċu.

Wara li semgħet is-sottomissjonijiet kemm tad-Difiża, kif ukoll tal-Prosekuzzjoni, il-Qorti mmexxija mill-Maġistrat Rachel Montebello emmnet l-verżjoni tal-vittma u tas-sieħba tiegħu.

Kien għalhekk li lliberat lir-raġel bil-kundizzjoni li ma jwettaqx reat ieħor fi żmien 3 snin waqt li l-martu ġiet immultata €500. Huma ġew ordnati wkoll sabiex ma jagħmlux kuntatt mal-vittma għal perjodu ta’ sena, inkella kienu jeħlu multa ta’ €2,300.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport