Wednesday, July 24, 2024

Il-Qorti Kriminali Internazzjonali titlob għal mandat ta’ arrest fil-konfront ta’ eks Ministru Russu u Kap tal-Istaff

Aqra wkoll

Il-Qorti Kriminali Internazzjonali, l-ICC ħarġet mandat ta’ arrest fil-konfront tal-eks Ministru tad-Difiża Russu Sergei Shoigu u l-Kap tal-Istaff Ġenerali Valery Gerasimov fuq allegazzjonijiet ta’ delitti internazzjonali, delitti tal-gwerra u delitti kontra l-umanità.

Nhar it-Tlieta, il-Qorti qalet liż-żewġ irġiel kienu allegatament responsabbli għal żewġ delitti tal-gwerra bejn l-Ukrajna u r-Russja. Huma kienu akkużati wkoll li wettqu reati kontra l-umanità.

L-aġenzija tal-aħbarijiet tal-istat Russa TASS ikkwotat lill-Kunsill tas-Sigurtà tar-Russja, il-korp tal-gvern immexxi bħalissa minn Shoigu, li sejjaħ din id-deċiżjoni tal-Qorti bħala ineffettiva.

Uffiċjali Ukreni laqgħu t-talba li saret mill-ICC, bil-President tal-pajjiż, Volodymyr Zelensky jgħid li din id-deċiżjoni turi li “l-ebda grad militari ma jista’ jipproteġi lill-kriminali Russi mir-responsabbiltà.”

Huwa mifhum għalhekk li permezz ta’ dawn iż-żewġ mandati ta’ arresti, it-total ta’ uffiċjali rRussi mfittxija fuq delitti tal-gwerra telgħu għal erbgħa. Dan hekk kif kif preċedentement, l-ICC ħarġet mandati ta’ arrest fil-konfront tal-President Vladimir Putin u l-uffiċjal Russu Maria Lvova-Belova.

Ekonomija

Sport