Saturday, December 2, 2023

Marko Arnautovic se jdum barra xahrejn mill-azzjoni

Aqra wkoll

Inter ikkonfermaw li l-attakkant internazzjonali Awstrijak, Marko Arnautovic, 34 sena, mhux se jkun disponibbli għal madwar xah­rejn wara li sofra injury fir-rebħa 1-0 kontra Empoli.

Huwa daħal jilgħab fil-71 minuta, iżda kien sfurzat jirtira kmieni wara li sofra injury fil-hamstring, u ħalla lit-team tiegħu b’10 players għall-aħħar minuti. Arnautovic, li ngħaqad ma’ Inter mingħand Bologna fis-sajf, lagħab kull partita ma’ Simone Inzaghi, u ta assist waħda f’156 minuta ta’ azzjoni.

Sport