Marokkin maqtul fil-Ġnien Spinola

Aqra wkoll

Raġel Marokkin jinqatel f’San Ġiljan allegatament minn Pollakk

Aktar kmieni llum, għall-ħabta tas-6.30am, il-Pulizija kienu infurmati li kien hemm raġel li allegatament kien bla ħajja fil-Ġnien Spinola, San Ġiljan.

Il-Pulizija marru immedjatament fuq il-post fejn ġie kkonfermat ir-rapport.

Minnufih bdew l-investigazzjonijiet fejn irriżulta li ftit tal-ħin qabel, allegatament kien seħħ argument bejn il-vittma, Marokkin ta’ 31 sena u l-allegat aggressur, Pollakk ta’ 27 sena.

Irriżulta li l-Pollakk telaq minn fuq il-post iżda wara tfittxija intensiva u permezz ta’ filmati li nġabru, huwa ġie arrestat fl-akwati tal-Bajja ta’ San Ġorġ, madwar siegħa u nofs biss wara.

Il-Maġistrat Dr. Joe Mifsud LL.D. kien infurmat bil-każ u fetaħ inkjesta, mgħejjun minn diversi esperti.

Waqt li vittma ttieħed lejn il-kamra mortwarja fejn mistenni ssir l-awtopsja, l-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport