Exiles………………..12
Marsaskala………..14
(3-2, 3-4, 5-3, 1-5)
Marsaskala rebħu logħba bilanċjata kontra Exiles bl-iskor ta’ 14-12, u b’hekk aċċertaw ruħhom minn post fil-Kampjonat Premier.
Kienu Exiles li rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta’ 3-2 bil-goals jaslu minn Valentino Gallo, il-captain Kurt Griscti u Max Aquilina. Bence Batori u David Pace Lupi skorjaw għal Marsaskala.
Iżda Marsaskala wettqu reazzjoni tajba u rebħu t-tieni sessjoni bl-iskor ta’ 4-3, bl-iskorers għalihom ikunu Jake Ciantar u Bence Batori (3) bit-tieni goal tiegħu jasal minn penalty. Valentino Gallo minn penalty, Mark Fenech minn man-up wara li tkeċċa David Pace Lupi u Sean Xerri De Caro ukoll minn man-up wara li din id-darba tkeċċa Gerald Sammut wieġbu għal Exiles.
Exiles rebħu t-tielet sessjoni bl-iskor ta’ 5-3, fejn għalihom irnexxielhom iniżżlu isimhom fuq il-lista tal-iskorers Guillermo Molina, Valentino Gallo (3) bl-ewwel u t-tieni goal għalih jaslu minn penalty u t-tielet minn man-up wara li tkeċċew Jake Ciantar u Matteo Martellacci. Dab sabiex il-goals għal Marsaskala waslu minn Ferenc Salomon minn player aktar wara li tkeċċa Matteo Martellacci, Mark Carani u Jake Cianter minn man-up wara li tkeċċa Guillermo Molina għal Exiles
Kollox kellu jiġi deċiż fl-aħħar sessjoni b’Marsaskala jkunu huma li joħorġu rebbieħa bl-iskor ta’ 5-1, bl-awturi tal-goals ikunu Ferenc Salomon (2) bit-tieni goal jasal minn penalty, Jake Ciantar (2) u Daniel Tully. Max Aquilina minn man-up wara li tkeċċa Daniel Tully skorja l-uniku goal għal Exiles.
Exiles: 1-Matthew Castillo, 2-Zak Cutajar Licari, 4-Valentino Gallo (5), 5-Guillermo Molina (1), 6-Sean Xerri De Caro (1), 7-Mark Fenech (1), 8-Kurt Griscti (1), 9-Niki Paris, 10-Matteo Martellacci (1), 11-Max Aquilina (2), 12-Niall Saliba (1), 14-Max Paris Roding, 15-Alex Farrugia Coach: Simon Vassallo
Marsakala: 1-Jurgen Micallef, 2-Jean Claude Cutajar, 3-Gianluca Galea, 4-Paul Privitera, 5-Raoul Greco, 6-Ferenc Salamon (3), 7-Kyle Navarro, 8-Daniel Tully (1), 9-David Pace Lupi (1), 10-Gerald Sammut, 11-Jake Ciantar (4), 12-Mark Carani (1), 13-Aidan Muscat, 14-Bence Batori (4), 15-Francesco Scardino Coach: Arpad Babay
Referees: Ronnie Spiteri, Attilio Paoletti