Minn Cristian Muscat
Otters………………..3
Marsaxlokk……..11
(1-2, 1-0, 0-6, 1-3)
Marsaxlokk kisbu post fis-semi-finali tan-Knock-Out tal-Ewwel Diviżjoni meta għelbu lill-Għawdxin ta’ Otters bl-iskor kbir ta’ 11-3. Otters irnexxielhom iżommu l-pass max-Xlukkajri sa tmiem it-tieni sessjoni fejn fil-fatt l-iskor kien wieħed ta’ paritá, iżda mit-tielet sessjoni, Marsaxlokk ħadu r-riedni tal-logħba kompletament f’idejhom, fejn dehret evidenti ċerta l-għejja fil-kamp ta’ Otters.
Għax-Xlukkjari, spikka ferm il-player Max Zammit li skorja ħames goals jiġifieri kważi nofs il-goals kollha tax-Xlukkajri waqt li l-aħwa Enrico u Luigi Mallia bejniethom skorjaw ħames goals oħra, bil-goal l-ieħor jasal minn Ryan Galea minn penalty.
L-ewwel sessjoni kienet waħda bilanċjata b’Marsaxlokk joħorġu rebbieħa bl-iskor ta’ 2-1, bil-goals jaslu minn Max Zammit minn man-up wara li tkeċċa Zion Bartolo u Luigi Mallia. Karl Scicluna kien fetaħ l-iskor momentarjament għal Otters.
Iżda Otters wettqu reazzjoni tajba u rebħu t-tieni sessjoni bl-iskor minimu ta’ 1-0 bil-goal uniku għalihom jasal minn Luigi Dimech.
Fit-tielet sessjoni, kien hemm team wieħed fil-partita jiġifieri Marsaxlokk li skorjaw sitta mingħajr risposta bl-awturi tal-goals ikunu Luigi Mallia (2) bit-tieni goal għalih jasal minn man-up wara li tkeċċa Karl Scicluna u Max Zammit (4) bit-tielet goal għalih jasal minn penalty u r-raba’ minn man-up wara li reġa’ tkeċċa Karl Scicluna.
Marsaxlokk rebħu r-raba’ u l-aħħar sessjoni bl-iskor ta’ 3-1, bl-iskorers ikunu Ryan Galea minn penalty u Enrico Mallia (2). Zion Bartolo skorja l-uniku goal għal Otters.
Otters: 1-Matthew Xerri, 2-Matthias Bonnici, 3-Karl Scicluna (1), 4-Luke Grech Carr, 5-Matthew Farrugia, 6-David Dimech, 7-Isaac Azzopardi, 8-Steve Dimech, 9-Luigi Dimech (1), 10-Simon Apap, 11-Zion Bartolo (1), 12-Andrew Dimech, 13-Giovanni Gatt Ellis, 14-Kenneth Micallef Coach: Robert Munkacsy
Marsaxlokk: 1-Sam Mifsud, 2-Russell Spiteri, 3-Cain Cutajar, 4-Ben Zammit, 5-Damien Cordina, 6-Dean Bugeja, 7-Max Zammit (5), 8-Luigi Mallia (3), 9-Luke Saliba, 10-Ryan Galea (1), 11-Julian Valletta, 12-Enrico Mallia (2), 13-Miguel Farrugia, 14-Sean Mifsud, 15-Rainer Scerri Coach: Nenad Navarin
Referees: Carmine Buonpensiero, Richard Magri