Friday, May 17, 2024

Marsaxlokk jiffirmaw lil Tiago Adan Fonseca

Aqra wkoll

Marsaxlokk kisbu s-servizzi tal-attakkant Brażiljan, Tiago Adan Fonseca, wara li qablu dwar kuntratt ta’ sena.

L-attakkant ta’ 34 sena diġà lagħab f’Malta ma’ Hibernians u Floriana.

Prodott ta’ Corinthians, huwa lagħab għal Náutico, São Bento u S.E.R. Caxias do Sul qabel ma mar jilgħab ir-Rumanija biex jingħaqad ma’ Astra Ploiesti. Irritorna l-Brażil 18-il xahar wara, fejn ingħaqad ma’ Arapongas u aktar tard ma’ Atlético Paranaense, América FC, Associação Ferroviária de Esportes, Criciúma EC, Clube Náutico Capibaribe, Oeste FC, Vila Nova FC u Grêmio Novorizontino qabel ingħaqad ma’ Hibernians fis-sajf 2018.

L-istaġun ta’ wara. , ingħaqad ma’ Floriana iżda rritorna mal-Pawlisti b’self f’Jannar 2021. Wara li ħalla Malta, lagħab ma’ Retro FC fil-Brażil u Real Kashmir fl-Indja.

Ix-Xlukkjari qabel kienu ffirmaw lil Edafe Christopher Uzeh, Timothy Tabone Desira, Leandro Aguirre, Conor Borg, Dale Mifsud u Ryan Tonna.

Sport