Marsaxlokk baqgħu l-aktar club attiv fis-suq tat-trasferimenti bl-iffirmar ta’ żewġ players oħra – id-duo Arġentin Santiago Ferraris u Santiago Moracci.
Il-midfielder offensiv ta’ 23 sena Santiago Ferraris se jkun qed jingħaqad mal-club mingħand Club Almagro tal-Arġentina filwaqt li l-player ta’ 21 sena Santiago Moracci huwa midfielder offensiv ieħor li kien fuq il-kotba ta’ Tallares Cordoba.
Ix-Xlukkajri qabel kienu ffirmaw lill-goalkeeper Jose Maria Gobbi, Oscar Matias Carniello, Daniel Agius, Tiago Adan Fonseca, Alfred Effiong, Edafe Christopher Uzeh, Timothy Tabone Desira, Leandro Aguirre, Conor Borg, Dale Mifsud u Ryan Tonna.