Gudja U … 1
Marsaxlokk … 2
Gudja U.: 1-Glenn Zammit, 3-Juan Ramires Bolanos, 5-Andre Prates, 9-Vito Plut, 13-James Arthur, 14-Neil Micallef, 17-Karl Micallef (10-Ayrton Azzopardi 89), 19-Johann Bezzina, 39-Samuel Da Mata Gomes, 77-Nicolas Navarrete, 88-Farid Zuniga Romero (11-Bienvenu Selemani 60) Coach: Andrea Agostinelli
Marsaxlokk: 95-Marko Drobnjak, 7-Ayrton Attard, 9-Kristian Keqi (37-Fabian Moracci 90), 14-Walter Serrano, 17-Peter Xuereb (19-Emerson Vella 87), 21-Adrian Ferraris, 24-Juan Aguilar, 27-Leandro Aguirre, 88-Dejan Vukovic, 96-Daniel Agius (5-Christopher Edafe Uzeh 80), 99-Tiago Adan Fonesca Coach: Pablo Doffo
Referee: Daniel Portelli
Ass. Referees: Alan Camilleri, Vasil Vasilev
Raba’ Uffiċjal: Philip Farrugia
Skorers: L. Aguirre pen. 57, K. Keqi 71 (M), B. Selemani 76 (G)
Ammoniti: P. Xuereb, K. Keqi, A. Attard (M), N. Micallef, F. R. Zuniga, V. Plut, J. Arthur (G)
Player tal-Logħba: Kristian Keqi (M)
Marsaxlokk kisbu tliet punti prezzjużi meta għelbu l-isfida ta’ Gudja United bl-iskor ta’ 2-1.
Kienu Gudja li ħolqu l-ewwel periklu fl-10 minuta meta Leandro Aguirre kellu xutt insidjuż li ġie salvat bi bravura mill-goalkeeper tal-Gudjani, Glenn Zammit.
Fl-44 minuta, Andre Prates avvanza tajjeb qabel għadda lejn Samuel Gomes da Mata iżda l-plejer Brażiljan dam jaħsibha meta ġie wiċċ imb’wiċċ mal-goalkeeper ta’ Marsaxlokk, Marko Drobnjak, li interċetta tajjeb.
Fis-57 minuta, Marsaxlokk rebħu penalty meta Ayrton Attard serva fuq platt tal-fidda lil Adrian Ferraris Santiago li fit-tentattiv li jindirizza daqqa ta’ ras lejn il-lasti avversarji, twaqqa’ minn Farid Romero Zuniga. Mill-11-il metru nkariga ruħu LEANDRO AGUIRRE li ma żbaljax.
Ix-Xlukkajri rduppjaw l-iskor fil-71 minuta meta minn azzjoni ta’ corner mogħti minn Juan Cruz Aguillar, KRISTIAN KEQI, kien fil-post it-tajjeb fil-mument opportun u permezz ta’ daqqa ta’ ras preċiża tefa’ ġewwa.
Iżda Gudja United ma rmewx ix-xugaman anzi wettqu reazzjoni tajba u ħames minuti biss wara, naqqsu l-marġni tal-iskor permezz ta’ xutt bid-dawra mill-isbaħ tas-sostitut BIENVENU SELEMANI li ma ta l-ebda ċans lil Drobnjak.