Tuesday, April 30, 2024

Minn Novembru l-Unjoni Ewropea se tibda tħarreġ 15,000 suldat Ukren

Aqra wkoll

Il-ministri tal-affarijiet barranin tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea qablu dwar missjoni biex mix-xahar li ġej iħarrġu 15,000 suldat Ukren u jagħtu €500 miljun f’fondi biex jitwasslu l-armi ġewwa Kiev. Apparti hekk, il-ministri qablu wkoll li jimponu sanzjonijiet ġodda fuq l-Iran u dan minħabba l-azzjonijiet b’saħħithom li qed jittieħdu fuq id-dimostranti. 

Matul din il-laqgħa ngħatat ħarsa wkoll dwar ir-relazzjonijiet maċ-Ċina fejn din tista’ twassal għal pożizzjoni iktar b’saħħit­ha fil-konfront ta’ Beijing hekk kif il-mexxej Xi Jinping qiegħed kulma jmur isegwi t-triq awtoritarja.

Uffiċjali għoljin tal-Unjoni Ewropea qalu li t-taħriġ militari se jkun qiegħed jibda minn nofs Novembru li ġej u se jsir f’territorju tal-Unjoni Ewropea b’hub ġewwa l-Polonja u oħra ġewwa l-Ġermanja.

Fil-preżent diġà hemm għadd ta’ pajjiżi tal-Unjoni Ewropea li qed jgħallmu lit-truppi Ukreni dwar kif jużaw ċertu armi u dan se jkompli għaddej. 

Sport