Sunday, December 22, 2024

Marseille ikeċċu lill-coach Gennaro Gattuso

Aqra wkoll

Marseille keċċew lil Gennaro Gattuso bħala l-kowċ tagħhom u ingaġġaw minfloku lil Jean-Louis Gasset.

Gattuso ħa f’idejh il-klabb Franċiż lejn l-aħħar ta’ Settembru u ħalla lill-klabb fid-disa’ post tal-Ligue 1.

It-Taljan kiseb biss disa’ rebħiet mill-24 partita tiegħu bħala manager, u tilef sitt partita matul il-perjodu tiegħu fit-tmexxija tal-klabb.

Gasset, li għandu 70 sena, tkeċċa riċentement minn kowċ tal-Kosta tal-Avorju wara l-fażi tal-gruppi tat-Tazza tan-Nazzjonijiet tal-Afrika, qabel ma dawn komplew biex rebħu t-tournament.

Gattuso ingħaqad ma’ Marseille bħala sostitut għal dak li issa huwa l-manager ta’ Villarreal Marcelino, li hu stess kien ilu tliet xhur biss fit-tmun tat-tim min-Nofsinhar ta’ Franza.

Gattuso, li bħala plejer rebaħ it-Tazza tad-Dinja mal-Italja fl-2006, kellu wkoll perjodi ta’ tmexxija ma’ AC Milan, Napoli u Valencia.

Ekonomija

Sport