Friday, May 3, 2024

Marseille jridu jiffirmaw lil William Saliba fuq bażi permanenti

Aqra wkoll

Marseille qed jippreparaw biex jissottomettu offerta ta’ €30m biex jiffirmaw lil William Saliba mingħand Arsenal fuq bażi permanenti.

Iż-żagħżugħ ta’ 21 sena kien player li spikka fit-team immexxi minn Jorge Sampaoli matul l-esperjenza ta’ self tiegħu fl-istaġun li għadda u ġie vvutat bħala l-Player Żagħżugħ tas-Sena fil-Ligue 1 fi Franza.

Saliba ġie msemmi wkoll fit-Team tas-Sena tal-Ligue 1 wara li għen lil Les Olympiens jirritornaw fiċ-Champions League hekk kif temmew fit-tieni post wara Paris Saint-Germain.

Sport