Tuesday, May 14, 2024

Marshmello f’pajjiżna għall-Isle of MTV f’Lulju li ġej

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Wara nuqqas  ta’ sentejn minħabba l-pandemija, fid-19 ta’ Lulju se jkun qiegħed jerġa’ jittella’ l-Isle of MTV. Ħabbar dan iċ-Chairman tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu Gavin Gulia waqt konferenza tal-aħbarijiet li fiha ġiet imnedija l-14-il edizzjoni ta’ dan il-festival.

Minn naħa tiegħu l-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo qal li fuq il-Fosos tal-Furjana se jirritorna wieħed mill-akbar festivals tal-mużika fl-Ewropa. Huwa qal li din hija konferma ta’ pożittività li pajjiżna qiegħed ikompli jqarreb lejn in-normalità sħiħa.

Bartolo qal li l-fatt li din l-attività tiġi trasmessa f’xejn inqas minn 180 pajjiż minn madwar id-dinja jfisser li dak li kapaċi noffru se jkun qiegħed ikompli jinxtered madwar id-dinja.

Is-Sur Owen Spiteri mill-G7 Events spjega li dawk kollha li se jattendu se jkunu qegħdin igawdu mill-qrib il-kapaċitajiet ta’ Dj Marshmello li bħalissa huwa wieħed mill-aktar artisti rinomati fuq il-midja. Din se tkun l-ewwel żjara tiegħu f’pajjiżna.

YouTube video

Sport