Sunday, December 22, 2024

Martyn Blake imsemmi bħala l-uffiċjal tal-pulizija akkużat bil-qtil ta’ Chris Kaba

Aqra wkoll

L-uffiċjal tal-armi tan-nar tal-Pulizija Metropolitana Martyn Blake wieġeb mhux ħati għall-qtil ta’ Chris Kaba.

Kaba ta’ 24 sena miet wara li ntlaqat minn tir ta’ arma tan-nar f’Settembru tal-2022. 

Blake ta’ 40 sena kien magħruf bl-isem ta’ NX121 wara li sar xi theddid kontrih iżda Imħallef iddeċieda li ismu jista’ jissemma. Il-ġuri tiegħu mistenni jibda f’Ottubru li ġej. 

L-Imħallef Mark Lucraft neħħa l-ordni tal-anonimità wara li organizzazzjonijiet tal-midja, fosthom il-BBC, ikkontestaw l-applikazzjoni legali biex tiġi protetta l-identità tiegħu.

Kaba kien qed isuq fi Streatham fil-lejl ta’ 5 ta’ Settembru 2022 meta kien twaqqaf mill-pulizija. Ftit tal-ħin wara, il-vittma ntlaqat f’rasu minn tir li ġie sparat mill-windscreen tal-karozza. Huwa miet l-għada li seħħ il-każ.

Ekonomija

Sport