Thursday, May 16, 2024

Eku tal-inċident tas-saqaf li sfronda f’Ħal Qormi

Aqra wkoll

B’rabta ma’ l-inċident li seħħ f’Ħal-Qormi meta sfronda saqaf ta’ dar u waqgħu x-xorok, l-Assoċjazzjoni Bennejja u Kuntratturi ħarġet informazzjoni dettaljata dwar il-fatti li wasslu għall-inċident li fortunatament ma weġġa’ ħadd meta seħħ.

Fi stqarrija li ħarġet, l-Assoċjazzjoni qalet li trid tiċċara li l-bennej liċenzjat li kien qed jagħmel ix-xogħol ikkonferma li fil-jum u l-ħin li fih seħħ l-inċident u waqa’ s-saqaf ma kien hemm ebda xogħol għaddej.

Kompliet tistqarr li l-kamra fejn sar l-inċident hija msaqqfa bi travi tal-injam, xorok u kontrabejt. Is-saqaf huwa mikxuf u espost għax-xita u l-elementi. Jirriżulta mill-informazzjoni li ngħatat illi wieħed mit-travi kien mherri u għalhekk dan wassal biex jinqasam mis-support viċin il-ħajt u sussegwentement dan it-travu ċeda u sfrundaw ix-xorok li kienu qed iserrħu fuqu.

L-Assoċjazzjoni żiedet tgħid li l-fatt li l-kontrabejt ma sfrundax u baqa’ f’postu, juri li t-travu ċeda għax kien mherri u mhux minħabba xogħol jew vibrazzjoni li seta’ sar fl-iżvilupp li kien qed isir fis-sit mill-bennej inkwistjoni.

Sport