Il-gowlkiper internazzjonali Ingliża Mary Earps qed tiġi segwita minn Arsenal li jixtiequha tiffirma magħhom. Earps, li għandha 30 sena, tilgħab ma’ Manchester United li se jippruvaw minn kollox biex jipperswaduha tibqa’ għallinqas sena oħra.
Earps kienet protagonista mat-tim nazzjonali Ingliż waqt l-aħħar tazza tad-dinja li saret fl-Awstralja u New Zealand fejn rebħet saħansitra l-ingwanta tad-deheb.
Sadanittant is-suq tat-trasferiment tal-futbol tan-nisa jagħlaq nhar il-Ħamis.