Monday, May 13, 2024

Felipe Anderson u Mattia Zaccagni viċin li jġeddu l-kuntratt ma’ Lazio

Aqra wkoll

Lazio jinsabu viċin sabiex iġeddu l-kuntratti taż-żewġ plejers tagħhom Felipe Anderson u Mattia Zaccagni.

Il-president ta’ Lazio Claudio Lotito għadu kemm temm vaganza f’Cortina u wasal f’Ruma sabiex flimkien mad-diriġenti tiegħu jiftiehmu fuq id-dettalji mal-aġenti tal-plejers rispettivi tagħhom.

Anderson hu plejer Brażiljan ta’ 30 sena u ilu mal-Biancocelesti sa mis-sena 2021.

Mill-banda l-oħra, Zaccagni għandu 28 sena u ilu żewġ staġuni ma’ Lazio.

Sport