Monday, May 13, 2024

Mas-60 vettura mwaqqfin u 22 mmultati fil-Mellieħa

Aqra wkoll

Il-Pulizija tal-Komunità flimkien ma’ dawk tat-Traffiku kmieni dalgħodu wettqu spezzjonijiet fi Triq Louis Wettinger fil-Mellieħa.

Waqt dawn l-ispezzjonijiet twaqqfu madwar 60 vettura u nħarġu 22 kontravvenzjoni tat-traffiku.

Huwa mifhum li l-Pulizija intervjeniet fuq ilmenti tal-pubbliku li fuq kummenti fuq is-siti soċjali ddeskrivew is-sitwazzjoni fl-imsemmija Triq bħala waħda inaċċettabbli b’numru ta’ vetturi jgħaddu jinstaqu b’sewqan eċċessiv.

Sport