Wara diversi proposti minn Lazio u Besiktas, sa fl-aħħar il-futur tal-attakkant internazzjonali Ingliż Mason Greenwood hu deċiż. Hu se jkun qed jilgħab f’La Liga Spanjola ma’ Getafe. Dawn tal-aħħar akkwistaw is-servizzi ta’ dan il-plejer żagħżugħ fuq bażi ta’self mingħand Manchester United.
Din se tkun l-ewwel esperjenza ta’ Greenwood barra mill-Ingilterra wara li kien ilu magħhom sa mill-eta’ ta’ seba’ snin.
Fuq kollox, Greenwood jittama li jħalli warajh l-aħħar xhur fejn kien akkużat li wettaq stupru fuq tfajla, akkużi li aktar tard ġew imwaqqa’.