Saturday, July 18, 2026
Home Kultura ARA: Iċċelebrata l-festa ta’ Santu Wistin fil-Belt Valletta

ARA: Iċċelebrata l-festa ta’ Santu Wistin fil-Belt Valletta

0
293
Ritratti: Roger Azzopardi

Fil-Belt Valletta, il-Komunità Agostinjana flimkien mal-Komunità Parrokkjali ċċelebraw il-festa solenni ta’ Santu Wistin.

Kmieni dalgħodu saret il-purċissjoni fit-toroq tal-Kapitali bl-istatwa ta’ Santu Wistin immexxija mill-W. Rev. Provinċjal P. Leslie Gatt bis-sehem tar-reliġjużi Agostinjani u tal-Arċikonfraternità tal-Madonna taċ-Ċintura.

Illejla ssir quddiesa ta’ radd il-ħajr iċċelebrata mill-Kappillan P. Alexander Cauchi.

Sadanittant, illum qed jiġu ċċelebrati wkoll dawn il-festi: San Franġisk t’Assisi fil-Qawra, San Girgor f’Tas-Sliema u Santa Katarina fiż-Żurrieq.

YouTube video