Monday, May 13, 2024

Il-Veterani Maltin f’logħba ta’ ħbiberija kontra l-partitarji Ingliżi

Aqra wkoll

Is-selezzjoni Maltija tal-Veterani se tkun qed tilgħab partita ta’ ħbiberija kontra l-partitarji Ingliżi f’Novembru li ġej. Dan tħabbar mill-Veterans Malta Football Association hekk kif it-tim immexxi minn Joe Micallef se jkun qed jilgħab it-tieni partita tiegħu kontra dan it-tim wara li f’Ġunju li għadda l-Maltin kienu rebħu bl-iskor ta’ 3-0 fil-Luxol Stadium.

Micallef għażel skwadra b’saħħitha ta’ 18-il plejer li jinkludu fost l-oħrajn lill-eks plejers internazzjonali Michael Mifsud, Andrew Cohen, Mario Muscat u Gareth Sciberras.

L-iskwadra magħżula minn Micallef hi din:

Goalkeepers: Mario Muscat, Sean Sullivan

Difensuri: Brian Said, Jonathan Pearson, Stephen Wellman, Alex Muscat, Eric Saliba, Gareth Magri.

Midfielders: Jeffrey Chetcuti, David Camilleri, Gareth Sciberras, Jamie Pace, Trevor Cilia, Dino Cachia.

Attakkanti: Michael Mifsud, Andrew Cohen, Michael Galea, Adam Smeir.

Il-logħba se tintlagħab nhar il-Ħamis 16 ta’ Novembru li ġej fil-grawnd ta’ Amersham Town FC.

Sport